Ħafna mill-aqwa avukati tal-kriminal f'Malta m'aċċettawx li jidhru għall-akkużati
L-akkużi kontra l-irġiel; Minn omiċidju għal konspiraziji ta' qtil....ara l-ħames akkużi fl-artiklu
More in Politika
L-akkużi kontra l-irġiel; Minn omiċidju għal konspiraziji ta' qtil....ara l-ħames akkużi fl-artiklu
Ilbieraħ filgħaxija ttellgħu l-Qorti t-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Alfred u George Degiorgio, magħrufin bħala l-Fulu u ċ-Ċiniż kif ukoll Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu. L-aħwa Degiorgio kienu jgħixu San Pawl il-Baħar u Muscat, l-Imsida. Għalkemm it-tlieta inqabdu f'maħżen fejn kienu jiltaqgħu fil-Menqa tal-Marsa.
L-akkużi miġjuba kontra dawn it-tlieta huma ħamsa; Omiċidju, involviment f'kriminalità organizzata, konsiparzija kriminali, użu kriminali ta' splussivi u li huma riċedivi.
L-irġiel kienu identifikati mill-investigaturi hekk kif dawn għamlu ġimgħat jinvestigaw eluf ta' telefonati għan-numru li wassal għat-telefonata 'tal-mewt' u li allura splodiet il-bomba mwaħħla mal-karozza li kienet qed issuq DCG.
Intant is-sit maltatoday.com.mt irrapporta kif ħafna mill-aqwa avukati tal-kriminal żammew lura milli jidhru għall-akkużati, minħabba 'n-natura delikata tal-każ u għax ftit iridu jkunu assoċjati ma' dan il-każ.'
Intant aqra iktar hawnhekk dwar l-arrest ta' dawn it-tlieta u l-passat kriminali tal-aħwa Degriogio u l-konferenza ta' nhar it-Tnejn ta' Joseph Muscat illi fiha tħabbar li kienu inqabdu dawn l-irġiel.
Huwa mifhum li s-seba' irġiel l-oħrajn li nqabdu issa se jinħelsu mill-arrest, hekk kif iktar kmieni dalgħodu għaddew it-48 siegħa minn mindu kienu arrestati.