98% tal-ħaddiema tal-'groundhandling' fl-Air Malta japprovaw l-ftehim kollettiv il-ġdid

Il-Ministru Konrad Mizzi jesprimi sodisfazzjon...issa għad fadal l-akbar sfida; Il-piloti

Kważi l-ħaddiema kollha tas-sezzjoni tal-groundhandling tal-Air Malta, jew 98%, ivvutaw favur il-miżuri u kundizzjonijiet tax-xogħol hekk kif stipulati fil-ftehim kollettiv li dwaru l-unjin li tirrapreżentahom qablet mal-Gvern. Il-GWU tirrapreżenta lill-ħaddiema tal-groundhandling fl-Air Malta. 

Dan ifisser li issa l-Gvern se jkun qed jiffirma t-tielet Ftehim Kollettiv ma' ħaddiema tal-Air Malta; mal-inġiniera, mal-cabin crew, liema ftehim ffirmat aktar kmieni illum u issa mal-ħaddiema tal-groundhandling

Dan għalhekk iħalli ftehim mal-piloti bħala l-akbar sfida li l-Gvern għad irid jegħleb f'termini ta' kundizzjonijiet tax-xogħol fil-linja nazzjonali tal-ajru.

More in Politika