Jirriżenja l-Assistent Kummissarju Mario Tonna

Dan wara rapport dwar allegat vjolenza domestika 

L-Assistent Kummissarju Mario Tonna rriżenja wara li sar rapport fuqu dwar allegat vjolenza domestika.

Qed ikun rappurtat li l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar aċċetta r-riżenja ta' Tonna.

Skont rapport li deher fil-gazzetta In-Nazzjon, is-sieħba tal-Assistent Kummissarju għamlet rapport mal-Pulizija dwar każijiet ta' vjolenza domestika fosthom li allegatament taha daqqa ta' ras fuq imneħirha.

Mario Tonna kien responsabbli mill-kordinazzjoni tat-traffiku, il-garaxx tal-Pulizija u t-taqsima tal-mechanical transport.

Fl-2011 kien instab ħati li ntimida wieħed mis-superjuri tiegħu fil-Korp.

More in Politika