Wara informazzjoni li daħlet ricentement dwar il-każ tal-Monsinjur Juan de la Cruz Barros Madrid, Isqof ta’ Osorno fiċ-Cilì, il-Papa Frangisku ħatar lill-Monsinjur Charles J. Scicluna, Arcisqof ta’ Malta u President tal-Kullegg biex jeżamina r-rikorsi pprezentati lill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi fil-kazi ta’ Reati Iżjed Gravi fis-Sessjoni Ordinarja tal-Kongregazzjoni ghad-Duttrina tal-Fidi. Dan ifisser li Scicluna se jmur Santiago, ċ-Ċilì u jisma’ lil dawk li esprimew ir-rieda li jissottomettu evidenza jew informazzjoni fil-pussess tagħhom.
Juan de la Cruz Barros, minkejja li mhux qed ikun akkużat b'mod dirett u minkejja li qatt ma tkellem dwar l-istess allegazzjonijiet, qed ikun akkużat minn tliet vittmi ta' pedofelija li hu kien jaf u kien xhud ta' abbuż f'paroċċa f'Santiago u żamm kollox mistur.