'L-armonizzazzjoni tat-taxxa fl-UE se tnaqqas id-dħul finanzjarju ta' Malta bin-nofs'

Miżuri ta' armonizzazzjoni tat-taxxa fl-UE approvati mill-ECON... Alfred Sant jivvota kontra

Proposti ġodda dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxi fl-Unjoni Ewropea li ġew approvata fil-Kumitat Ekonomiku u Monetarju tal-Parlament Ewropew (ECON possibbilment se jkunu qed inaqqsu id-dħul finanzjarju ta' Malta bin-nofs. Skont rapport mill-NGO 'Tax Justice Network' jindika li Malta tista' titlef aktar minn nofs il-bażi fiskali korporattiva tagħha jekk il-Kummissjoni Ewropea tadotta dawn il-miżuri fiskali proposti.

 Il-Bażi tat-Taxxa Komuni msejjħa (CCCTB) ġiet approvata bi 38 vot għal 11 -il vot, u ħames astensjonijiet. Apparti minn hekk miżura separata u li se tkun qed toħloq il-bażi għas-sistema tat-taxxa korporattiva armonizzata, ġiet approvata b'39 vot favur, 12 kontra u ħames astensjonijiet.

L-MEP Laburista Alfred Sant ivvota kontra dawn il-proposti. Bħalu għamlu MEP's oħra minn stati membri bħal Ċipru u l-Irlanda. Minkejja dan kollu l-Grupp S&D kien favur dawn il-proposti.

Fil-kummenti tiegħu Sant qal li għalkemm hu jaqbel ma miżuri sabiex tittejjeb it-trasparenza tat-taxxa u timplimenta preżenza diġitali fl-UE, huwa ma kienx jaqbel mal-prinċipju ta'sistema ta' tassazzjoni komuni fl-UE kollha.

Il-Parlament Ewropew mistenni japprova dawn il-miżuri fis-sessjoni plenarja ta' Marzu.

 

 

 

 

More in Politika