Il-Partit Demokratiku jitlob għall-protezzjoni ta' ġonna u spazji ħodor fil-lokalitajiet

...id-Deputati Godfrey u Marlene Farrugia mħassbin dwar applikazzjonijiet għal bini, minflok dawn l-ispazji ħodor...

Id-Deputati Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia f'isem il-Partit Demokratiku (PD)  ressqu talba liċ-Chairperson tal-Kumitat tal-Ambjent u l-Ippjanar għal ħarsien effettiv tal-ispazji ħodor permezz ta' ġonna f'żoni urbani, li fadal fl-irħula u bliet Maltin u Għawdxin.

Fi stqarrija l-PD qal li qed jirreferri għal diskrepanzi li jeżistu fil-policies tal-Pjanijiet Lokali tal-Awtorità tal-Ippjanar u regoli oħra li mhux qed iħarsu dawn il-ġonna u spazji ħodor f’żoni residenzjali, li ġeneralment jagħmlu parti minn djar kbar u li għandhom karattru arkitettoniku għani.

"Il-pubbliku hu mħasseb kif bosta minn dawn l-ispazji li għandna anke fil-qalba tal-irħula għandhom applikazzjonijiet pendenti jew ingħataw permessi għall-bini, meta dawn għandhom impatti soċjali, ambjentali jew storiċi fil-komunità," temmew jgħidu d-Deputati tal-PD.

More in Politika