Direttivi infermiera | L-MUMN tiltaqa' mal-Ministru Fearne
...dan wara li l-MUMN ħabbret direttivi industrijali u anke l-istorja ppubblikata lbieraħ mill-gazzetta ILLUM
More in Politika
...dan wara li l-MUMN ħabbret direttivi industrijali u anke l-istorja ppubblikata lbieraħ mill-gazzetta ILLUM
Is-sit illum.com.mt jinsab infurmat li llum għall-ħabta tas-siegħa ssejħet laqgħa bejn il-Unjin Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
Madanakollu, sorsi li tkellmu ma' dan is-sit qalu li ftit li xejn hemm tama li llum se jintlaħaq qbil dwar il-Ftehim Settorjali u għalhekk kollox jindika li d-direttivi industrijali se jkunu qed jidħlu fis-seħħ min-nhar il-Ħamis, kif ippjanat.
Kien dan is-sit li ħabbar dawn id-direttivi li mistennija jolqtu s-servizzi kollha tas-saħħa, bid-deċiżjoni saret uffiċjali nhar il-Ħamis li għadda waqt konferenza organizzata mill-MUMN li matulha ingħatat spjegazzjoni ta' dak li wassal għad-deċiżjoni li jkunu ordnati d-direttivi.
Waqt il-konferenza, il-unjin kienet akkużat lill-Gvern li mhuwiex sensittiv għas-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-infermiera u saħqu li n-nuqqas ta' infermiera qed jaffettwa kuljum il-ħajja ta' ħafna nies.
Ilbieraħ il-gazzetta ILLUM żvelat kif minħabba n-nuqqas ta' infermiera, qed jitħassru madwar 15-il operazzjoni fil-ġimgħa fl-isptar Mater Dei. Dan kien ikkonfermat ukoll mill-Kap Eżekuttiv tal-isptar, Ivan Falzon li spjega kif madwar 150 operazzjoni jitħassru kull xahar, numru minnhom minħabba nuqqas ta' riżorsi umani.
Is-Segretarju Ġenerali tal-MUMN qal mal-gazzetta ILLUM li s-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-infermiera hija waħda "ta' kriżi."
Id-direttivi qed isiru għall-infermieri u/jew qwiebel fl-Isptar Mater Dei, inkluż dawk li jaħdmu fl-Emerġenza u d-Dipartiment tal-Out Patients, l-Isptar Pawlu Boffa, fiċ-ċentri kollha tas-saħħa madwar il-pajjiż, fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat Għawdex, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, fl-Isptar Monte Carmeli, San Vinċenz De Paule, il-Unit tal-Endeskopija u fit-teatri kollha tal-operazzjonijiet. Dan apparti l-infemiera, membri tal-MUMN, li jaħdmu fid-djar tal-anzjani.
L-MUMN qalet li kienu erba' r-raġunijiet ewlenin li wasslu biex l-MUMN tieħu din id-deċiżjoni. Skont il-unjin dawn huma: