Il-Prim Ministru Joseph Muscat wera' d-diżapprovazzjoni u d-diżappunt tiegħu għal mod kif il-Pulizija trattaw lil dawk li marru jipprotestaw ilbieraħ fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar. Hu kien qed jagħti kummenti lil ġurnalist ta' The Times, waqt li kien qed iwieġeb lill-ġurnalisti fi tmiem attività illi kellu.
Hu għamilha ċara li ma jridx jerġa jara dak li ġara lbieraħ jirrepeti ruħu u qal illi kellem lil min kellu jkellem (mingħajr ma speċifika) biex iwassal dan id-diżappunt.
Appella wkoll biex smigħ bħal dak tal-Awtorità tal-Ippjanar isiru dejjem fis-serenità filwaqt li fakkar illi drabi oħra, meta saru protesti u kien hemm ukoll il-Pulizija, "ma rajniex dawn ix-xeni."
Fakkar ukoll illi l-eżitu tal-Awtorità kien favur il-kawża ta' Moviment Graffitti.
Ara x'ġara ilbieraħ hawn.