Il-PN b'mozzjoni biex Tony Zarb ikun imneżża' minn Ġieħ ir-Repubblika

Dan wara kummenti li għadda dwar Daphne Caruana Galizia

Il-Partit Nazzjonalista ressaq mozzjoni quddiem il-Parlament jitlob li l-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU jiġi mneżża minn Ġieħ ir-Repubblika.

Fil-mozzjoni, mressqa mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, il-Partit Nazzjonalista jikkwota kummenti li għadda riċentament Zarb meta kien qed jirreferi għall-kwistjoni dwar il-'mafkar ta' Daphne Caruana Galizia.' 

"L-importanti li hi qatt mhu se terġa' tirritorna," kien qal Zarb huwa u jitkellem dwar l-attivisti li jmorru jpoġġu l-fjuri u x-xemgħat.

Il-mozzjoni takkuża lil Zarb li bi kliemu qed jinċita l-attakki fuq il-ġurnalisti u li qed jhedded wieħed mill-akbar valuri tal-Kostituzzjoni Maltija, id-Dritt għall-Ħajja.

Tikkundannah li filwaqt li qed iġorr l-ogħla unur Malti, mhux qed jagħti eżempju.

Il-mozzjoni kienet iffirmata minn Adrian Delia u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni, Jason Azzopardi.

More in Politika