Il-PL jingħaqad fil-kampanja Pink October bil-għan li tingħeleb il-biża'

Għal dan, il-għan tul din il-ġimgħa, iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista qed jinxtegħel roża

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ingħaqad fil-kampanja Pink October bil-għan li tkompli titqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa tal-prevenzjoni mill-kanċer tas-sider.

Għal dan il-għan, kull filgħaxija għal din l-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru, iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista qed jinxtegħel roża.

Iċ-ċerpersin tal-Fondazzjoni Marigold u mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, raddet ħajr lill-Partit Laburista għall-fatt li reġa’ ngħaqad ma’ bosta organizazzjonijiet u entitajiet oħra għal din l-inizjattiva. 

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista, saħaq li l-Partit Laburista jħoss id-dmir li jingħaqad f’kampanji ta’ dan it-tip biex jibgħat messaġġ ħalli tingħeleb il-biża’ u aktar nisa jiċċekjaw sidirhom.

More in Politika