L-Ombudsman jinvestiga l-każ tal-private jet għall-membru tal-PA

...kien Arnold Cassola li talab biex tinfetaħ tali investigazzjoni wara li Jacqueline Gili inġiebet Malta biex tivvota fuq il-proġett DB

Jaqueline Gili, membru tal-PA inġabet Malta bi private jet
Jaqueline Gili, membru tal-PA inġabet Malta bi private jet

L-Ombudsman qed jinvestiga l-każ ta' Jacqueline Gili, membru tal-Awtorità tal-Ippjanar li nġiebet Malta minn Sqallija bi private jet għall-ispiża totali ta' €8,750 biex tivvota fuq l-applikazzjoni tad-DB għall-proġett kummerċjali fuq art pubblika, fejn qabel kien hemm l-ITS. 

L-Ombudsman fetaħ din l-investigazzjoni wara t-talba tal-eks Chairman tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola. Hu kien staqsa jekk dan hux każ ta' amministrazzjoni ħażina, użu ħażin tal-flus ta' min iħallas it-taxxi jew inkella hux diskriminazzjoni lejn applikanti oħrajn u persuni li oġġezzjonaw fuq żviluppi oħrajn. 

Hu staqsa jekk l-Awtorità qattx ikkummissjonat jet privat għal xi ħadd mill-membri tal-bord tagħha u jekk dan seħħ, jekk hux għas-spejjeż ta' min iħallas it-taxxa. 

More in Politika