F'rapport ippublikat illum l-Awditur Ġenerali rrimarka illi minkejja li l-Akwarju Nazzjonali ta' Malta qed jagħmel, "kontribuzzjoni siewja għall-prodott turistiku u li dan il-proġett eċċeda l-miri li kellu stabbiliti," jgħid ukoll illi l-perjodu ta' konċessjoni li ttul 50 sena, hija twila wisq u ma tħallix lill-gvern fil-libertà li jirrevedi dan il-ftehim, skont sorsi internazzjonali u lokali tiegħu.
"Filwaqt li dan il-kuntratt kien innovattiv għax ħaseb għall-klawsoli claw-back, dawn il-proviżjonijiet ma antiċipawx għal kollox il-possibiltà ta’ titjib sostanzjali fl-ekonomija u fit-turiżmu li wassal biex id-dħul mill-proġett jiżboq sostanzjalment dak previst. Dawn iċ-ċirkostanzi ħolqu żbilanċ finanzjarju matul il-perjodu tal-konċessjoni favur il-kuntrattur."
Din l-art ngħatat lill-kuntrattur bħala konċessjoni bla kera għal 50 sena.