Sitt NGOs li jaħdmu favur il-libertà tal-istampa u tal-espressjoni se jkunu qed iżuru Malta bejn nhar it-Tnejn u l-Erbgħa u fost oħrajn se jkunu qed jiltaqgħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat u ma’ uffiċjali oħra tal-Gvern.
L-NGOs se jkunu qed jagħmlu din iż-żjara f’Malta hekk kif nhar it-Tlieta jaħbat l-ewwel anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija, nhuma saħqu li f’Malta se jkollhom għadd ta’ laqgħat bil-għan li jiġbru fatti dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia u anke dwar il-libertà tal-espressjoni f’Malta.
L-NGOs se jkun qed jiltaqgħu wkoll ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u se jkunu qed jorganizzaw konferenza tal-aħbarijiet konġunta fi tmiem iż-żjara tagħhom f’Malta.
L-organizzazzjonijiet li ġejjin Malta huma
- Reporters Without Borders (RSF);
- The Committee to Protect Journalists (CPJ);
- The European Centre for Press and Media Freedom (ECPMF);
- The European Federation of Journalists (EFJ);
- The International Press Institute (IPI);
- u PEN International.