Bicycle Advocacy Group, l-NGO li tirrappreżenta ċ-ċiklisti Maltin, fetħet protest ġudizzjarju konta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg u l-Aġenzija Infrastructure Malta.
Fil-protest, l-NGO tisħaq li l-proposti tagħha kienu kompletament injorati fil-konsultazzjoni dwar xogħlijiet infrastrutturali fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.
Iċ-ċiklisti qed jinsistu li meta kien qiegħed jitfassal il-proġett, il-Ministru ma tax każ studji bbażati fuq riċerki u anke proposti li l-organizzazzjoni tat lill-Ministru waqt laqgħat li kellha miegħu.
L-għan tal-protest ġudizzjarju huwa li jħeġġeġ lill-Ministru u lil Infrastructure Malta biex jiefqu jibnu u jirranġaw toroq mingħajr “konsultazzjoni reali u effettiva mal-grupp.”
Iridu wkoll li t-triq imsemmija tkun irranġata bil-għan li ma jkun hemm l-ebda periklu għal kull min jużaha.
Il-protest itemm jisħaq li jekk dawn il-miżuri ma jittiħdux, il-grupp lest ifittex lill-Ministeru u anke lil Infrastructure Malta għad-danni.