Il-Partit Demokratiku, fi stqarrija b'reazzjoni għall-istorja dwar is-sid ta' 17 Black, qal illi sar stat ta' fatt illi s-saltna tad-dritt f'pajjina tkissret "Minkejja ħafna propoganda mill-Gvern u minn dawk li dejjem ibaxxu rashom għalih."
"Is-sistema politika mnawwra tagħna hija riżultat ta' kompromessi u għajnejn magħluqin," sostna l-Partit Demokratiku fi stqarrija.
Waqt li talbu għal investigazzjoni mill-aktar fis, sostnew illi l-PD huwa "d-dar naturali ta' dawk kollha li jaspiraw għal governanza nadifa u meritokratika għal ġid komuni ta' pajjiżna. "
Ara l-istorja kollha li ħarġet illum dwar 17 Black