'Il-mina se tintuża bħala skuża biex tiġi aċċettata r-riklamazzjoni tal-art ' - Buttigieg

Martin Cauchi Inglott staqsa għalfejn hemm tant għaġġla għal mina u mhux qed issir diskussjoni serja...

Il-kandidat għall-elezzjonijiet Ewropej Martin Cauchi Inglott stqarr dwar il-mina li mistennija tinbena bejn il-gżejjer li  jidher ċar li l-pubbliku in ġenerali "għadu mhux familjari mal-implikazzjonijiet tal-proġett, kemm se jqum, u xi proġetti oħra jistgħu jsiru bil-fondi allokati kieku ma jitwettaqx.  Għalkemm, mad-daqqa t’għajn, mina taf tidher idea tajba, il-qofol hu li l-proċess tekniku nbeda bi premessa falza. Hekk jagħmel dan il-gvern. Għaliex din l-għaġġla? Għaliex il-Gvern naqas milli jiddiskuti?” staqsa Cauchi Inglott. 

Għalkemm, mad-daqqa t’għajn, mina taf tidher idea tajba, il-qofol hu li l-proċess tekniku nbeda bi premessa falza. Hekk jagħmel dan il-gvern. Għaliex din l-għaġġla? Martin Cauchi Inglott

Intant Il-kandidat l-ieħor tal-PD għall-Parlament Ewropew  Anthony Buttigieg sostna li jibża li dalwaqt se joħroġ kuntratt għar-riklamazzjoni tal-art. "Bilfors. Ir-raġuni vera għar-riklamazzjoni mhix il-mina bejn Malta u Għawdex imma minħabba l-proġetti kbar ta’ kostruzzjoni li bilfors irid ikollhom fejn jarmu l-iskart jekk isiru dawn il-proġetti. Fil-verità, il-proġett tal-mina se jifforma parti żgħira tal-iskart tal-kostruzzjoni li se jiġġeneraw dawn il-proġetti diġà approvati, jew li qed jistennew approvazzjoni. Il-mina se tintuża biss bħala skuża biex il-poplu jkollu jaċċetta r-riklamazzjoni tal-art."

“Qed ngħixu fi żmien fejn il-gvern mhux qed jagħraf li t-tkabbir ekonomiku u żvilupp bla rażan mhumiex proporzjonali mal-kwalità ta’ ħajja jew saħħitna,” stqarr Martin Cauchi Inglott. “L-ambjent naturali tagħna, il-wirt arkitettoniku, u l-kultura jġorru prezz ekonomiku wkoll. Dan il-fatt qed ninjorawah u għalhekk dawn il-proġetti ser ikollhom prezz soċio-politiku għoli, li ma jkunx ta’ benefiċċju għal Malta.”

Il-Partit Demokratiku jinnota li wasal iż-żmien li nindirizzaw il-progress ekonomiku ta’ pajjiżna bis-sens sabiex il-prosperità tagħna lkoll tkun garantita.

More in Politika