Michelle Muscat se tkun qed tegħleb dak li rnexxielha twettaq hi stess fl-aħħar snin u se tkun qed tgħum l-itwal għawma tagħha.
Din is-sena, mart il-Prim Ministru se tkun qed tgħum 14-il kilometru bejn iċ-Ċirkewwa u l-Mellieħa.
L-għawma se ssir fit-13 ta’ Lulju li ġej u bħas-soltu se tkun qed tiġbor fondi b’risq il-Marigold Foundation li tgħin diversi NGOs, fosthom l-Ispecial Olympics.
Muscat spjegat kif ma tistax tagħti dettalji tar-rotta hekk kif ir-riħ dakinhar se jilgħab parti importanti.
Hija fakkrek li l-Fondazzjoni qed taħdem fuq diversi kwistjonijiet u kampanji oħra fosthom Pink October, dwar is-saħħa mentali u l-awtiżmu.
Min-naħa tagħha, id-Direttur Nazzjonali tal-Ispecial Olympics, Anna Calleja, qalet li wieħed irid ikun professjonali u jitħarġu s-sena sħiħa biex ikunu kapaċi jagħmlu għawma ta’ 14-il kilometru.