Ritratti | Nikolaos jaqsam il-fliegu għall-ewwel darba
Fil-jiem li ġejjin se titħabbar bidla fl-iskeda tal-vapur ta' Għawdex biex Nikolaos ikun inkluż ukoll
More in Politika
Fil-jiem li ġejjin se titħabbar bidla fl-iskeda tal-vapur ta' Għawdex biex Nikolaos ikun inkluż ukoll
Minkejja li Nikolaos, ir-raba' vapur tal-Gozo Channel kellu jagħmel l-ewwel vjaġġi tiegħu nhar it-Tnejn, il-kumpanija Gozo Channel iddeċidiet li tibda tħaddmu mil-lum bil-għan li tilqa' aktar għad-domanda.
Ħabbret dan il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana li saħqet kif id-differenza nħasset immedjatament.
Intant, kif kien ippjanat, min-nhar it-Tnejn, se jsir tibdil fl-iskeda tal-vapur ta' Għawdex biex Nikolaos ikun inkluż ukoll u jingħata servizz aħjar.
L-Oppożizzjoni qed tikkritika l-għażla ta' dan il-vapur wara li d-Deputat Chris Said kien żvela kif il-vapur għandu 32 sena.
Said kien ikkritika wkoll lill-Gvern għax fi kliemu, il-vapur inkera b' dak li jissejjaħ 'wet lease' jigifieri bl-ekwipaġġ b' kollox u kien iddeskriva dan bħala insult għall-ħaddiema Għawdxin.
Intant, il-Ministeru għal Għawdex ma weġibx kemm nefaq biex inġieb dan il-vapur, bil-Ministru Caruana tisħaq li ma tistax tingħata din l-informazzjoni minħabba li hija waħda ta' natura kummerċjali.