Ivan Bartolo, Membru tal-Eżekuttiv tal-PN, ħabbar illi f'jumejn kienu b'kollox 200 Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista li ffirmaw petizzjoni biex jitlaqqa' l-Kunsill Ġenerali tal-PN u tittieħed deċiżjoni dwar Adrian Delia. Bartolo qal li l-Kunsilliera għandhom jwieġbu l-mistoqsija dwar jekk, fid-dawl tar-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Delia għandux jerfa' r-responsabilità politika u jirriżenja.
Din hija l-akbar sfida għat-tmexxija ta' Delia sa issa hekk kif issa huma 200 firmatarju fi ħdan l-ogħla organu tal-partit li jridu jressqu lit-tmexxija ta' Delia għal dik li jaf tkun l-aktar sfida kruċjali għall-Kap tal-PN.
B'kollox il-PN għandu 1,300 Kunsillier u minn njaħa l-oħra qed jinġabru firem biex il-Kunsill Ġenerali ma jitlaqqax.
Mistoqsi mill-ġurnalist tal-illum.com.mt dwar il-firem li qed jinġabru biex ma jiltaqqax il-Kunsill Ġenerali Mark Anthony Sammut qal li l-Kunsilln Ġenerali ma jista' qatt jinjora talba biex jitlaqqa'. Sammut irriżenja mill-kariga ta' President tal-Eżekuttiv ġimgħatejn ilu u sostna li fil-partit hemm atmosfera ta' biża' fejn ħadd ma jista' jitkellem.