F’iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzju tad-Droga f’Għawdex, ilbieraħ wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 55 sena mir-Rabat, Għawdex.
Ir-raġel ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ ammont ta’ qratas suspettati droga eroina li juru li ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Minn tfittxija li saret fir-residenza tiegħu, il-Pulizija sabu qartas ieħor suspettat li fih droga simili għal dik li nstabet fuq il-persuna tiegħu, ammont ta’ flus kontanti u miżien.
Il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana ġiet infurmata bis-sejba u ordnat inkjesta fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. Il-raġel mistenni jitressaq il-Qorti taħt arrest fis-sigħat li ġejjin akkużat bi traffikar u pussess aggravat ta’ droga eroina, li kkommetta t-tali reati f’distanza ta’ inqas minn mitt metru ta’ post fejn jiltaqgħu iżżagħżagħ u li sar reċediv.