Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-mudell ekonomiku tal-Gvern Laburista qiegħed ikompli jagħfas lill-middle class u dawk li jaqgħilu l-inqas.
"Dan għaliex qed iħossu morsa doppja fejn min-naħa waħda qiegħed iżomm il-pagi baxxi filwaqt li min-naħa l-oħra qiegħed iwassal biex il-prezzijiet jogħlew. Dan joħroġ ċar mill-istatistika maħruġa kemm mill-Unjoni Ewropea kif ukoll minn statistika uffiċċjali tal-Gvern,' qal il-PN.
Żied jgħid kif skontu pajjiżna ra fost l-inqas tkabbir fil-pagi, tkabbir ta' 1.1%. "Il-medja tat-tkabbir fil-pagi fl-Unjoni Ewropea kienet ta' 2.9% jigifieri ferm iżjed mid-doppju. Dan joħroġ mill-aħħar ċifri dwar il-pagi maħruġa mill-Eurostat "
Il-PN għamel referenza wkoll għall-statistika li ġiet ippublikata l-ġimgħa l-oħra mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
"Il-prezzjijiet f'pajjiżna fejn irriżulta li l-prezz tal-ikel kompla jirranka 'il fuq. F'Awwissu l-ikel għola bi 3.75%. Min qiegħed jaqla' ħafna, qajla se jħoss din iż-żieda fil-prezz, imma ghall-middle class u dawk li qed jaqilgħu l-inqas, partikolarment l-anzjani usingle income earners, din iż-żieda tfisser ħafna. Dawn il-persuni diġa' mhux qed ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar. Ta' min ifakkar li ftit ġimgħat ilu għola wkoll il-prezz tal-petrol u d-diesel," saħaq il-PN.
Skont il-Partit Nazzjonalista l-unika mudell ekonomiku tal-Prim Ministru huwa li jġib il-ħaddiema barranin biex jaħdmu f'pajjiżna. "Huwa propju dan il-mudell li qiegħed iħalli ħafna vittmi warajh mhux l-inqas dawk li qed isibuha impossibbli li jlaħħqu mal-għoli tal-ħajja."
Fl-aħħar nett il-PN qal li jemmen li, "hemm mod aħjar, mod iżjed ġust u bilanċjat ta' kif titmexxa l-ekonomija. Fil-Pre Budget Document ta' din is-sena, l-Partit Nazzjonalista qiegħed joffri proposti biex itaffi s-sitwazzjoni ta' min qiegħed iħoss l-għafsa kbira tal-għoli tal-ħajja. Fost il-proposti hemm dik li kull sahra u xogħolpart-time jiġi ntaxxat biss sa massimu ta' 10%.