L-Avukat ta' Joseph Muscat mhux se jibqa' jassisti lil Keith Schembri

Dan huwa t-tieni Avukat li għażel li ma jibqax isegwi lil Schembri fi ftit jiem

L-Avukat tal-Prim Ministru, Pawlu Lia, mhux se jibqa’ l-Avukat tal-eks Chief of Staff Keith Schembri. Dan ġie żvelat dalgħodu mill-gazzetta MaltaToday.

Dan huwa t-tieni Avukat li għażel li ma jibqax isegwi lil Schembri wara li jiem ilu, L-Avukat Andrew Sciberras informa lill-Qorti li mhux se jibqa’ jsegwi lill-eks Chief of Staff fil-każ tal-libell li kien fetaħ kontra l-ġurnal The Malta Independent

Nhar is-6 ta’ Diċembru, Schembri waqqa’ żewġ libelli li kellu kontra Daphne Caruana Galizia wara artikli li kienet ippubblikat dwar allegat tixħim li rċieva mill-Ażerbajġan fl-2017.

More in Politika