‘L-Uffiċċju tal-PM kien involut f’cover up fil-każ tal-qtil ta’ ommi’
Paul Caruana Galizia jgħid li l-Prim Ministru għandu jkun mistoqsi dwar it-tixħim u l-konnessjoni tiegħu ma' Yorgen Fenech
minn Nader Kabar
Illum, Paul Caruana Galizia, wieħed mit-tfal ta’ Daphne Caruana Galizia, beda’ x-xhieda tiegħu fil-każ tal-qtil ta’ ommu.
Paul beda x-xhieda tiegħu billi qal li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM) kien involut fil-cover up tal-qtil ta' ommu u allega li kull min kien involut fil-cover up probabbilment kien involut fil-qtil ukoll.
Paul Caruana Galizia jsemmi wkoll il-fatt illi Fenech ingħata d-direzzjoni jgħid illi kien jaf li se jkun irrekordjat mis-sensar fil-qtil ta' Caruana Galizia, Melvin Theuma u dan b'riżultat ta' theddid. Iben il-ġurnalista assasinata jixhed fil-Qorti illi Fenech kien ordnat ('instructs') jgħid li r-rekordings kienu ppjanati u rranġati minn qabel ('staged'). Saħansitra ngħata struzzjonijiet biex jgħid li kien Theuma li nsista illi r-rekordings isiru quddiem it-tfal tiegħu.
Barra minn hekk, Paul Caruana Galizia stqarr li ġimgħa wara l-assassinju ta' ommu, Fenech ma kienx suspettat, iżda Schembri infurmah bl-iżviluppi fil-każ. Paul qal ukoll li “allura hu raġunevoli li tikkonkludi li Schembri kien involut."
Apparti dan, Paul qal lill-inkjesta li l-Prim Ministru kien ilu jaf li Fenech kien suspettat f’Mejju tal-2018. Ma' dan kompla jgħid li l-familja tiegħu kienu ilhom jissusspettaw li Fenech kien involut fil-qtil. Barra minn hekk, fakkar ukoll li Schembri u Fenech kienu ħbieb, li l-Prim Ministru kien jaf bil-miljuni nvoluti f'tixħim u li 17 Black kienet proprjetà ta’ Fenech.
"Allura”, Paul temm jgħid, “hu l-ħsieb tiegħi l-Prim Ministru għandu jkun investigat u għandu jwieġeb dawn il-mistoqsijiet."
Minn hawnekk, Paul irrefera għar-rabta bejn Keith Schembri u l-assunzjoni li l-qtil ta' Caruana Galizia kien marbut mal-kuntrabandu taż-żejt. Paul ċaħad din l-assunzjoni u qal li “din l-informazzjoni ħarġet biex tkun iddevjata l-attenzjoni mill-investigazzjoni."
Caruana Galizia jfakkar li Schembri kien qed jitkellem dwar din ir-rabta bejn l-assassinju u ż-żejt meta kien jaf kull dettal tal-investigazzjoni.
Ma’ dan, Caruana Galizia żied ukoll jgħid li “Schembri qed jgħid li tilef il-mowbajl tiegħu, imma m’hemmx bżonn il-mowbajl innifsu. Il-mowbajl ta' ommi tkisser fil-karozza magħha. Esperti forensiċi setgħu jagħmlu kopja tal-mowbajl, tas-sim u l-informazzjoni fuqha. Fl-opinjoni tiegħi l-istess għandu jiġri għar-raġel issusspettat bil-qtil ta’ ommi."
Ma’ dan, Paul żied ukoll jgħid li “Schembri qed jgħid li tilef il-mowbajl tiegħu, imma m’hemmx bżonn il-mowbajl stess, il-mowbajl ta’ ommi tkisser fil-karozza magħha. Esperti forenżiċi setgħu jikklownjaw il-mowbajl, is-sim u l-informazzjoni fuqha. Fl-opinjoni tiegħu l-istess għandu jiġri għal raġel issusspettat fil-qtil ta’ ommi."
Apparti dan, Paul fakkar li Mario Cutajar, is-Segretarju Permanenti Ewlieni l-ewwel kien qal li ma setgħax isib informazzjoni li turi li s-sensar Theuma kien inagħata mpjieg mal-Gvern fantażma. Wara dan, hu fakkar li ħarġu dokumenti li jixdhu illi Theuma verament kien ingħata dan l-impjieg.
Ftit wara, Caruana Galizia qal li kien jaf li l-Qorti kienet imħassba dwar il-protezzjoni ta’ Daphne mill-Pulizija. Hu kompla jgħid li “waqt li l-protezzjoni tal-Pulizija tista’ tfixkel ix-xogħol ta’ ġurnalist, hemm modi oħrajn biex toffri protezzjoni mill-Pulizija. Qabel ma kien elett il-Partit Laburista fl-2013, din qatt ma kienet problema.”
“It-ton tal-Avukat Ġenerali kien kondixxendenti”
Minn hawnhekk, Paul dar jitkellem fuq it-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne. “L-aħwa DeGiorgio saħqu li kienu bla xogħol, iżda dawn kellhom sports cars u kienu jmorru fuq vaganzi fil-Monako.”
Barra minn hekk, Paul qal li l-familja tiegħu mhux suppost kellha tiġġieled għal inkjesta. Caruana Galizia żied jgħid li waqt li kienu qed jagħmlu hekk, kienu mgħotija l-ġenb. “Aħna għandna l-korrispondenza bejna u l-avukat ġenerali. It-ton tiegħu kien kondixxendenti u t-ton jindika li ma kienx qed jemmina.”
Wara dan, Paul kien fakkar li Owen Bonniċi, il-Ministru tal-Ġustizzja nsista li l-Avukat Antonio Mizzi kellu jkun parti mil-każ. Hawnekk, Paul żied jgħid li l-Gvern ried lill Mizzi kien ikun parti mill-inkjesta.
Hawnekk, il-President tal-Inkjesta Michael Mallia staqsa lill-Andrew jekk hu qattx kellem lill-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit dwar il-protezzjoni tal-Pulizija għal ommu. Paul qal li qatt ma għamel dan. Jgħid iżda li ommu kienet ħabiba kbira mal-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo.
Ma’ dan, bdiet x-xhieda ta’ Andrew Caruana Galizia. Wara li ntroduċa lilu nnifsu, Andrew qal li min qatel ommu kien qed jibgħat messaġġ li l-integrità se twasslek biex tinqatel. Barra minn hekk, Andrew żied jgħid li l-protezzjoni mill-Pulizija kienet ferm importanti għax kienet tibgħat messaġġ li attakk fuq ġurnalist kien ikun attakk fuq l-Istat. Semma wkoll li “minkejja dan, il-protezzjoni tal-Pulizija għandha bżonn tkun hemm għal żmien temporanju."
Andrew irrefera għax-xhieda ta’ Melvin Theuma fejn kien qal li l-assassinju ta’ Daphn kien imtawwal bi ftit ijiem jekk mhux ġimgħat minħabba l-fatt li kien hemm roadblock fil-viċin. Andew qal “allura immaġina kienu kellha mqar protezzjoni minima."
‘Il-ħlas baxx juri kemm ħasbu li kien qtil ta’ riskju baxx’
Wara dan, Andrew beda jitkellem fuq il-bomba meta qal li “bomba kkontrollata bir-remote ilha ma tintuża fl-Amerika 50 sena, iżda b’xi mod saret f’Malta…Il-qattiela talbu biss €150,000 għal qtil ta’ ommi, din turi kemm ħasbu li kien qtil ta’ riskju baxx. Dan l-ammont hu redikolu." Ma’ dan, Andrew żied jgħid li l-fatt li Yorgen Fenech irrefera lill-qattiela b’isimhom turi l-problemi fis-sistema tal-infursar tal-liġi.
Ma’ dan, Andrew żied jgħid li kieku ommu ma nqatlitx, in-nies li huma nkarigati bħalissa qatt ma kienu jkunu arrestati. “Ir-rapporti tagħha għamlu ħsara serja lill-iskema tal-passaporti, l-Università Amerikana ta’ Malta u l-Bank Pilatus. Bħal ma għalaq il-Pilatus, se jingħalqu wkoll l-oħrajn.” Hawnhekk, Andrew ikkonkluda t-xhieda tiegħu billi qal li ommu kienet bla dubju fil-mira tal-Gvern.
‘Fl-2017, tilfet il-ftit appoġġ li kellha fil-PN’
F’dan il-punt, l-Imħallef Abigail Lofaro staqsiet jekk Daphne kinitx mhedda wara l-iżvelar tal-Panama Papers. Andrew hawnhekk irrisponda; “meta kont immur il-Belt Valletta magħha n-nies kienu jħarsula bl-ikraħ, hi kien tilfet l-appoġġ li kien fadlilha u n-nies weħħlu fiha għat-telfa tal-Partirt Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2013. Wara t-telfa tal-2017, tilfet ukoll il-ftit appoġġ li kellha fil-PN.
Wara dan, il-Prim Imħallef, Joseph Said Pullicino qal li l-inkjesta kellha tikun ibbażata fuq il-fatti u l-ipoteżi se jkun ikkunsidrat. Ma’ dan, Andrew qal li kien hemm Uffizjal fl-Armata li kien qed isegwi l-ommi biex jipproteġiha fl-aħħar snin, hawnhekk qal li kien ippreparat biex jgġid l-isem ta’ dan ir-raġel jekk kellu bżonn.
Warajh telgħet tixhed waħda mill-aħwa ta’ Daphne Caruana Galizia
Corrine Vella bdiet billi qalet li kien hemm numru ta teoriji dwar il-mottivi għall-qtil. Hawnhekk qalet li, “in-narrativi foloz għadhom jitqiesu bħala prova biex jitħawdu l-investigazzjonijiet." Barra minn hekk, Vella qalet li l-fatt li l-pajjiż ixxekkel minħabba r-rapporti tagħhna ma kienx it-tort tagħha.
Vella stqarret ukoll li fil-bidu tal-2017, Daphne ltagħqet ma’ raġel li kien il-kap ta’ Henley and Partners, il-kumpanija risponsabbli għall-iskema tal-passaporti. Hawhekk qalet li r-raġel kien għeddhed li tkun imħarrka minn kumpanija fir-Renju Unit.