L-ogħla kmandant militari Iranjan, il-Ġeneral Qasem Soleimani, inqatel waqt attakk mill-ajru minn truppi Amerikani.
Soleimani kien il-kmandant ta’ taqsima militari magħrufa bħala ‘Quds.’ Huwa kien meqjus bħala t-tieni persuna l-aktar b’saħħitha fl-Iran.
Fil-fatt, dinn it-taqsima tieħu ħsieb il-ħidma militari barra mill-Iran, inkluż fis-Sirja.
Huwa nqatel fl-ajruport ta’ Baghdad flimkien ma’ uffiċjali oħra f’attakk ordnat mill-President Amerikan Donald Trump.
Dan ma tantx niżel tajjeb mal-Mexxej Suprem Iranjan, Ayatollah Ali Khamenei li filwaqt li ddeskriva lil dawk wara l-attakk bħala “kriminali” saħaq li se jpattuha.
Huwa ħabbar ukoll tlett ijiem ta’ luttu nazzjonali.