'Min se jigi warajja ma jistax jitqabbel miegħi' - Joseph Muscat
Il-PM Muscat jappella biex il-membri tal-PL joħorġu jivvutaw u wara li ssir l-għażla jimxu wara l-mexxej il-ġdid
More in Politika
Il-PM Muscat jappella biex il-membri tal-PL joħorġu jivvutaw u wara li ssir l-għażla jimxu wara l-mexxej il-ġdid
Muscat indika li hu se jkun qed jieħu l-ġenb sakemm il-Mexxej Laburista il-ġdid jieħu r-riedni f’idejh għalkemm sostna wkoll li nhar il-Ġimgħa mhux se tkun "l-aħħar darba li se niltaqgħu, jien se nibqa’ attiv fil-ġenb, biex nagħti spazju lill-mexxej il-ġdid.”
Huwa appella lis-semmiegħa biex ma jagħmlux tixbih bejnu u l-mexxej u l-Prim Ministru l-ġdid. “Min se jigi warajja ma jistax jitqabbel mieghi u ċert li jitla’ min jitla’ l-pajjiż se jimxi ‘il quddiem.”
Muscat qal li fl-aħħar ġranet ra illi x-xogħol tal-Gvern jibqa’ għaddej b’rankatura.
Huwa tkellem dwar il-politika tal-Gvern li f’dawn l-aħħar snin, fakkar, ħadem biex jinħoloq il-ġid u dak il-ġid jibda’ jitqassam fis-saffi kollha, l-aktar f’dawk baxxi tas-soċjetà.
“Mingħajr ma toħloq il-ġid ma tistax tqassmu l-istess ġid. Irid ikollok ekonpomija li taħdem, għalhekk pro business, għax pro business ifisser favur ix-xogħol u favur il-ħolqien tal-ġid,” saħaq il-Prim Ministru uxxenti.
“Il-ħolqien tal-ġid mhuwiex l-għan minnu nnifsu imma huwa l-mod kif naslu għall-ġustizzja soċjali. Ġustizzja soċjali ma jfissrix li tqassam qisu qatt ma kien xejn, imma li min għandu xogħol jaspira għal xogħol aħjar, xogħol li jppremja, li min m’għandux jkollu xogħol u li ngħinu lil min ma jistax ikollu xogħol,”qal Muscat.
Il-Prim Ministru semma’ wkoll il-benefiċċju tat-tapering għal dawk li jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Muscat ħeġġeġ lill-membri tal-PL biex joħorġu jivvutaw għall-għażla tagħhom, f’elezzjoni li fil-fatt bdiet illum għal dawk li qed jivvutaw kmieni.
Il-PM temm jgħid li dan il-proċess ma qasamx lill-partit u qal li ladarba jintagħżel mexxej ġdid “nimxu warajh.”