Illum, l-avukati ta’ George Degiorgio, Alfred Degiorgio u Vincent Muscat, li huma akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia komplew bl-argumenti tagħhom quddiem il-Qorti.
William Cuschieri qal li l-liġi li kienet intużat biex tinġabar l-informazzjoni mill-mobajls tal-irġiel akkużati kienet mħassra mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (CJEU). Hu stqarr li t-tneħħija tal-liġi kien retroattiv. Dan fisser, skont l-argument ta’ Cuschieri, li l-prosekuzzjoni kontra l-irġiel messu ma seħħ qatt.
L-avukat kompla jfakkar li Alfred Cuschieri kellu każ ieħor fejn qal li kien qed isir ksur tad-drittijiet tiegħu. Hawnhekk, hu kien qed jirreferi għal fatt li suppost, l-unika informazzjoni li ttieħdet kienet tal-kunjom, l-isem u tal-indirizz, “iżda hawnhekk, il-prosekuturi ħadu ħafna iktar informazzjoni.”
Semma każ Malti ieħor fejn il-Vodafone rebħet sfida biex ma tipprovdix din l-informazzjoni.
Barra min hekk, Cuschieri saħaq li “hawnekk, sar l-oppost ta’ dak il-każ, kif jistal jkun li mill-mijjiet tal-eluf ta’ numri setgħu jsibu dawn it-tliet numri?”. L-avukat kompla jgħid li dan il-każ kien qed imur kontra l-liġijiet tal-Ewropa u ta’ Malta. Stqarr ukoll li “l-Vodafone ħadu l-każ tagħhom il-Qorti u appellaw u hawnhekk, l-oppost sar.”
Cuschieri qal ukoll li minbarra li taw l-evidenza, il-Pulizija tal-Olanda, tal-Europol u tal-FBI, taw ukoll l-opinjoni tagħhom. Hu kompla jgħid li dawn l-opinjonijiet kellhom jitneħħew mil-każ minħabba l-fatt li kienu biss pulizija u mhux esperti.