Clint Camilleri se jsir Ministru għal Għawdex u Anton Refalo se jidħol fil-Kabinett

Clint Camilleri se jmexxi l-Ministeru ta' Għawdex u Refalo se jieħu post Camilleri wara r-riżenja ta' Justyne Caruana

Clint Camilleri se jkun qed jinħatar Ministru ta' Għawdex filwaqt li Anton Refalo se jidħol fil-Kabinett minflok Camilleri, bħala Ministru tal-Agrikoltura u Sajd. 

Dan hekk kif illum Justyne Caruana rriżenzjat wara illi nhar il-Ħadd The Sunday Times żvelat kif Silvio Valletta, ir-raġel ta' Caruana u eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija kien siefer Londra ma' Yorgen Fenech, l-akkużat fl-assasinju ta' Daphne Caruana Galizia. Meta siefru flimkien Fenech kien diġa suspettat fil-qtil tal-ġurnalista.

Dan l-inċident poġġa pressjoni kbir fuq Caruana, Ministru għal Għawdex sa mill-2017. 

 

More in Politika