Steward Health care illum ħabbret illi ssottomettiet applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tiżviluppa l-Isptar San Luqa, wieħed mit-tliet sptarijiet illi qed tmexxi wara li ħadet f'idejha il-konċessjoni oriġinarjament mogħtija lil Vitals Global Healthcare.
Hija qalet ukoll illi fuq l-isptar ta' Għawdex kompliet għaddejja bi progress
Fi stqarrija Steward Health care qalet illi dan kien possibbli grazzi għal ħidma konġunta mal-Gvern u dawk interessati fil-proġett.
Il-kumpanija qalet illi l-iżvilupp jiċċentra mal-qawmien sħiħ ta' dan l-isptar li għall-aħħar snin kien abbandunat. L-istqarrija tgħid illi se tiiżdied il-kwalità u anke l-ispazji miftuħin, b'ġonna u kampus, Pjazza San Luqa u parkeġġ.
Dan l-isptar se jkun mibdul f'wieħed ta' rijabilitazzjoni u huwa parti minn investiment, li kien mdawwar bf'kontroversja minħabba l-VGH, u li jinkorpora tliet sptraijiet: Ta' Għawdex, San Luqa u Karin Grech.