'Repubblika mibnija fuq ir-regħba u l-flus' - Evarist Bartolo

Dan kien il-messaġġ tal-Ministru ftit sigħat biss wara li Miriam Pace ttellgħet bla ħajja minn qalb dak li fadal mid-dar li fiha bniet il-familja tagħha

“Repubblika mibnija fuq ir-rebgħa u l-flus.” Dan kien il-messaġġ tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo, ftit sigħat biss wara li Miriam Pace ttellgħet bla ħajja minn qalb dak li fadal mid-dar li fiha bniet il-familja tagħha.

Kuljum, għall-dawn l-aħħar xhur, il-Ministru Bartolo kiteb messaġġ fuq Facebook kmieni filgħodu, xi drabi b’xi kritika sottili jew xi tingiża pulita u dalgħodu ma setax jonqos li jikkummenta fuq “l-imrar” li għaddej minnu l-pajjiż wara t-traġedja tal-bieraħ.

Ftit kliem kiteb Bartolo, iżda fihom x’tomgħod u ftit hemm xi żżid magħhom: “Din l-art ħelwa nimlewha mrar meta nħallu pajjiżna jsir repubblika mibnija fuq ir-regħba u l-flus jiġu l-ewwel u qabel kollox, qabel il-ħajja u s-saħħa. Saħħa u sliem?”

Aqra wkoll:

More in Politika