Ritratti | Iċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far mgħasses mis-suldati u l-Pulizija
L-immigranti f'dan iċ-ċentru jinsabu taħt kwarantina obbligatorja
More in Politika
L-immigranti f'dan iċ-ċentru jinsabu taħt kwarantina obbligatorja
Wara li lbieraħ tħabbar li l-immigranti kollha residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far tpoġġew taħt kwarantina obbligatorja, matul il-lejl diversi suldati u Pulizija tpoġġew għassa maċ-ċentru biex ikun assigurat li kulħadd isegwi l-istruzzjonijiet.
Id-deċiżjoni ttieħdet wara li tmien residenti ta' dan iċ-ċentru rriżultaw pożittiv għall-coronavirus.
Għall-kuntarju ta' ċentru ta' detenzjoni, f'ċentru miftuħ l-immigranti jistgħu joħorġu u jidħlu x'ħin iridu, inkluż imorru għax-xogħol u għalhekk kien hemm il-ħtieġa li dan ikun mgħasses.