Disa' kilogrammi kokaina jinstabu f'qiegħ falz ta' bagalja fl-Ajruport

Żewġ Spanjoli ġew arrestati u mistennija jitressqu l-Qorti

Uffiċjali tad-Dwana li kienu qed iwettqu spezzjonijiet fuq passiġġieri li waslu minn Spanja sabu ammont kbir ta' kokaina moħbija f'bagalja ta' passiġġiera.

Fil-bagalja nstabu 'l fuq minn 9 kilogrammi ta' kokaina. Fuq passiġġier ieħor, li qed jikkumpanja lill-Ispanjola, instab li kien fil-pussess tal-kannabis u l-ecstacy.

Id-droga kienet moħbija ġo qiegħ falz tal-bagalja.​ Din għaddiet f'idejn il-Pulizija mill-Iskawdra ta' Kontra d-Droga li arrestat ukoll liż-żewġ persuni.

Il-passiġġiera mistennija jitressqu l-Qorti fil-ħin li ġej.

More in Politika