Il-Kap tal-Oppozizzjoniu tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li għax - skont hu - il-Prim Ministru huwa "maqtugħ mir-realta' għandu jieqaf jgħaddi n-nies biż-żmien dwar saħħithom meta jispara miri dwar il-vaċċin li jidher ċar li ma jistgħux jintlaħqu." Hu kien qed jireaġixxi għall-kummenti tad-Deputat PM Chris Fearne li qal illi l-pubblika ta' taħt il-55 sena se jkun qed jibda jingħata l-appuntament għall-vaċċin f'Mejju, meta l-PM kien qal illi f'Mejju l-pajjiż se jkun 'business as usual'.
"Dak li qal il-Ministru tas-Sahha llum li l-immunita' f'pajjiżna mistennija tintlaħaq lejn l-aħħar tas-sajf għal kollox jikkontradixxi l-miri tal-Prim Ministru ... Biex tintlaħaq il-mira li ilu jirrepeti l-Prim Ministru li sa’ Mejju jkollna normalita’, jridu jingħataw aktar minn 5,000 vaċċin kuljum meta sal-lum qed jingħataw madwar 50 biss," qal Grech li kien qiegħed f'laqgħa mal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM).
Huwa temm jappella biex Ii-Gvern ikun aktar effiċjenti fl-għoti tal-vaccin f’dan il-programm nazzjonali ta’ tilqim kontra l-COVID-19.