Grech jistieden lil Charles Azzopardi biex jekk elett ikun parti mill-Oppożizzjoni

Bernard Grech jgħid li l-aħħar sondaġġ xjentifiku huwa riflessjoni tal-bidliet li qed isiru fil-PN

Bernard Grech intervistat mill-ġurnalist tal-ILLUM Yendrick Cioffi
Bernard Grech intervistat mill-ġurnalist tal-ILLUM Yendrick Cioffi

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni, intervistat mill-ġurnalist tal-ILLUM/illum.com.mt Yendrick Cioffi, sostna illi jekk jiġi elett l-eks Sindku Laburista Charles Azzopardi fl-elezzjoni każwali ta' nhar it-Tlieta u jekk ma jkunx komdu jpoġġi mal-Partit Laburista, jista' jkun parti mill-Oppożizzjoni billi jkun ukoll Deputat indipendenti.  Huwa qal illi minkejja li saru allegazzjonijiet kontra Azzopardi, sal-lum qatt ma ttieħdet azzjoni kontrih fuq dawn l-allegazzjonijiet. 

Dwar is-sondaġġ tal-lum li juri lill-PN jagħmel avvanzi 'l quddiem elettoralment huwa qal li jinsab kunfidenti "għax hemm barra hemm poplu li jaf dejjem jagħżel l-aħjar.  Qed nagħmlu avvanz mhux biss fin-numri, imma dan il-partit qed iżid kontinwament, fil-parteċipazzjoni ta' aktar nies.  Dawk in-numri jirriflettu t-tibdil li qed nagħmlu ... u fadal ħafna aktar tibdil xi jsir," sostna Grech.  Huwa ddeskriva lilu nnifsu bħala 'prudenti' qabel jieħu l-passi u allura f'dawn l-ewwel 100 jum tiegħu hu jinsab infurmat biżżejjed biex issa jibda jbiddel. 

Huwa qal li l-PN se jkun qed jagħmel tibdiliet kbar.  "Illum is-sondaġġ qed juri illi l-maġġoranza tal-PN fost iż-żgħażagħ qed tikber," qal Grech li sostna illi l-PN "qed juża lil kulħadd mhux jabbuża minn kulħadd."

Jiena x'kont nagħmel differenti? Ma nattakkax l-għalliema u ngħid li l-online sessions li għamlu ma kinux tajbin, per eżempju Bernard Grech

Dwar il-proposta tiegħu li titratta Viċi Kap mara, il-Kap Nazzjonalista sostna illi - kif wiegħed - din il-bidla tista' sseħħ wara l-elezzjoni għalkemm fakkar li waħda mill-Presidenti tal-partit - Martina Caruana  - li għadha kif ġiet eletta, hija mara u qal li flimkien ma' Ivan Bartolo din diġa' bdiet tagħmel ħafna xogħol. 

Huwa sostna li l-poplu xeba' bl-arroganza tal-Gvern u bil-kliem sabiħ.  Grech hawn semma' l-vaċċin u staqsa għaliex qed jingħata daqstant bil-mod.  "Jiena x'kont nagħmel differenti?  Ma nattakkax l-għalliema u ngħid li l-online sessions li għamlu ma kinux tajbin, per eżempju. L-għalliema jixirqilhom aktar rispett għax huma jaħdmu b'ilsienhom barra u kull ma riedu ftit jiem jaħdmu online minħabba ż-żieda fin-numri tal-Covid-19," saħaq il-Kap Nazzjonalista. 

Grech kategorikament qal li huwa kontra l-għeluq tal-istazzjonijiet politiċi, inkluż Net TV, u qal li x-xandir tal-istat mhuwiex bilanċjat - xi ħaġa li skont hu, kulħadd jaċċettaha. 

More in Politika