Sondaġġ | Bernard Grech b'avvanzi li jwasslu għal tnaqqis fid-distakk bejn il-partiti

Grech jirreġistra żieda ta' 5% fil-fiduċja filwaqt li Robert Abela jara tnaqqis ta' 5% - id-distakk f'Jannar kien ta' 26,000 vot favur il-Partit Laburista

L-aħħar sondaġġ xjentifiku tal-Mediatoday, ippubblikat illum, ta aħbarijiet sbieħ lill-Partit Nazzjonalista li minkejja li jibqa' minn taħt, ra d-distakk jonqos favurih għall-ewwel darba, wara ħafna żmien.  Fil-fatt skont dan is-sondaġġ id-distakk bejn iż-żewġ partiti f'Jannar jinsab ta' 26,000 favur il-Partit Laburista - li huwa kbir xorta, imma ħafna iżgħar mid-distakki ta' aktar minn 50,000 vot li kienu qed jiġu rreġistrati matul l-aħħar tliet snin. 

Skont dan is-sondaġġ u meta mistoqsijin lil min jivvutaw kieku ssir elezzjoni issa 33.6% wieġbu PN, żieda ta' ftit aktar minn 3%.  Dan huwa l-aqwa riżultat sa minn Ottubru 2017 għall-Partit Nazzjonalista. 

L-appoġġ għall-Partit Laburista kien ta' 42.1% li huwa tnaqqis ta' madwar 1% mill-aħħar sondaġġ. 

Intant dan is-sondaġġ juri wkoll tnaqqis fil-fiduċja li l-poplu għandu f'Robert Abela, anke jekk jibqa' minn fuq.  

Mistoqsijin lil min jafdaw l-aktar 42.1% - tnaqqis ta' 5% - qalu li jafdaw lil Abela l-aktar filwaqt li 34.7% qalu li jafdaw lil Bernard Grech żieda ta' 5%. 

 

 

More in Politika