Il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia r-rappreżentant ta' Malta għal Transparency International

Transaparency International tgħid illi s-sistema politika Maltija qed twassal għal "patrunaġġ u klijenteliżmu"

Rose u Michael Vella, il-ġenituri ta' Daphne Caruana Galizia
Rose u Michael Vella, il-ġenituri ta' Daphne Caruana Galizia

Transparency International ħabbret illi l-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia issa hija l-punt ta' kuntatt u riferenza tagħha għal dak kollu li għandu x'jaqsam ma' pajjiżna u l-korruzzjoni.  L-għaqda qalet fi stqarrija li Malta kienet l-unika pajjiż li ma kellhiex preżenza internazzjonali fi Transparency International. 

Il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia se tkun qed taħdem mill-qrib ma' Transparency International biex "tavanza l-integrità ta' Malta," tgħid l-istqarrija. 

Nacho Espinosa, kelliema għal-Transparency International qalet illi Malta qed tiffaċċja sfidi komuni f'ħafna pajjiżi tal-UE bħal kwistjonijiet tal-Golden Visas, l-iskema tal-IIP (bejgħ taċ-ċittadinanza) u "s-sergretezza".  Espinosa ssemmi wkoll is-sistema politika Maltija li tgħid illi qed twassal għal "patrunaġġ u klijenteliżmu li jeħieġu ċerta attenzjoni."

 

More in Politika