Il-fergħa ta’ HSBC Malta fir-Rabat se tinfetaħ mill-ġdid għall-klijenti min-nhar it-Tnejn 25 ta’ Jannar 2021, wara li ngħalqet b’mod temporanju minħabba l-imxija ta’ Covid-19.
Fi stqarrija, l-HSBC spjega kif il-fergħa fir-Rabat issa se topera fuq bażi bla kaxxiera, filwaqt li fl-istess ħin, konsulenti bankarji se jibqgħu disponibbli biex jassistu lill-klijenti ta’ HSBC Malta fuq firxa sħiħa ta’ prodotti u servizzi bankarji.
“Għalkemm l-aħħar xhur urew il-konvenjenza u l-affidabilità tal-pjattaformi bankarji diġitali, l-abbiltà li l-klijenti jiddiskutu l-bżonnijiet finanzjarji tagħhom personalment hija u tibqa’, parti kruċjali mis-servizz tal-HSBC," insista Crawford Prentice, Kap tal-Wealth u Personal Banking ta’ HSBC Malta.
Jidher ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin se tiftaħ ukoll mill-ġdid il-fergħa tal-Gżira.