185 każ ġdid ta' Covid-19; Imutu tliet pazjenti oħra

Sa issa 2,518-il persuna ngħataw iż-żewġ dożi tal-vaċċin

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 185 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 174 pazjent.

Apparti minn hekk, fl-aħħar 24 siegħa mietu tliet persuni oħra, żewġt irġiel ta' 85 u 88 sena li kienu fl-isptar is-Samaritan it-Tajjab u mara ta' 97 sena li kienet San Vinċenz de Paule.

B'kollox bil-Covid-19 mietu 264 persuna.

Sal-bieraħ ġew amministrati 24,680 doża tal-vaċċin. Minn dawn 2,518-il persuna ħadu ż-żewġ dożi.

Bħalissa, il-każi attivi huma 2,695.

Ilbieraħ saru 3,280 test.

Aqra wkoll:

Tibda tingħata t-tieni doża tat-tilqima kontra l-COVID-19 fid-djar tal-anzjani

More in Politika