Il-Bank of Valletta dalgħodu ħabbar li l-Fergħa taż-Żejtun se tkun qed tingħalaq b’mod temporanju wara li wieħed mill-impjegati irriżulta pożittiv għall-COVID-19.
Fi stqarrija, il-Bank qal li f’każ li jkun hemm xi individwi li setgħu ġew esposti għall-kontaġju, dawn se jiġu infurmati mill-Awtorità tas-Saħħa bħala parti mill-protokoll tal-contact tracing.
Apparti minn hekk, il-bank appella lill-klijenti li biex inaqqsu r-riskju ta’ kuntatt, jistgħu jużaw l-ATMs, il-BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Debit u Credit Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti.
Klijenti li jeħtieġu servizzi mhux relatati mal-kaxxier bħal self għad-djar, self personali, investimenti, ftuħ ta’ kontijiet u applikazzjonijiet għal servizzi ġodda huma ġentilment mitluba jagħmlu appuntament mal-fergħa tagħhom fuq https://www.bov.com/Assistants/set-an-appointment, jew jibagħtu email fuq [email protected] jew iċemplu fuq 2131 2020.