L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 163 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li kkonfermaw 156 pazjent imfejqa.
Apparti minn hekk tliet anzjani oħra sfaw vittmi tal-virus. Dawn kellhom 72, 81 u 82 sena.
Bħalissa f'Malta hawn 2,429 persuna morda bil-virus.
Ilbieraħ saru 3,209 testijiet.
Fejn jidħol il-vaċċin, sal-bieraħ ġew amministrati 57,683 doża filwaqt li 18,536 ħadu t-tilqima sħiħa, jiġifieri ż-żewġ dożi.