20,531 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 193 każi ġodda ta' Covid-19, filwaqt li 242 persuna ġew ikkonfermati mfejqa.
Apparti minn hekk, anzjan ta' 96 tilef ħajtu biex l-għadd tal-vittmi issa jlaħħaq it-305.
Dan ifisser li bħalissa f'Malta hawn 2,471 persuna morda bil-Covid-19.
Intant, sa issa ġew amministrati 64,419-il doża tal-vaċċin, b'20,531 persuna ħadu ż-żewġ dożi.
Ilbieraħ saru 2,782 test.