Il-Kunsillier ta' Santa Venera u Kandidat Nazzjonalista Darren Carabott ressaq proposta biex it-triq ġdida li saret f’Santa Venera tissemma’ għal Miriam Pace.
Din it-triq infetħet ftit tal-ġimgħat ilu u tinsab madwar 200 metru 'l bogħod minn fejn kienet id-dar ta' Pace.
Minħabba li din it-triq għadha bla isem, Carabott talab permess mingħand il-familja Pace biex iressaq din il-proposta.
Għadni kif ressaqt proposta biex it-triq il-ġdida li saret f’Santa Venera tissemma’ ‘Triq Miriam Pace’.
Din it-triq li...
Posted by Darren Carabott on Tuesday, 23 February 2021
"Qatt ma tista’ ssir ġustizzja mal-familja Pace għal dak li tilfu, u għalhekk inħoss li rridu nżommu l-memorja ta’ Miriam ħajja u nfakkru għalxiex mietet. Dan fl-istess waqt li tibqa’ b’saħħitha l-għajta tagħna għar-riforma biex kulħadd iħossu komdu u sigur ġewwa daru jew darha," kiteb Darren Carabott.
Issa jonqos li l-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera jirrakkomanda din il-proposta lill-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq.
Il-ġimgħa d-dieħla, propjament nhar it-Tlieta, jaħbat l-ewwel anniversarju mit-traġedja li kienet waqqfet il-pajjiż.