Tfajla ta' 30 sena tilfet ħajjitha bil-Covid-19. Din hija l-iżgħar vittma tal-Covid-19 f'Malta.
Hija kienet rikoverata fl-isptar St Thomas wara li ddaħħlet mid-Dar tal-Providenza fit-18 ta’ Frar.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li din kienet tbati minn kundizzjonijiet ta’ saħħa
Qal ukoll li fid-Dar tal-Providenza beda jingħata t-tilqim għall-Covid-19 mill-15 ta’ Frar u s’issa tlaqqmu 75 resident. Il-kumplament se jkunu tlaqqmu sa għada, il-Ġimgħa.
Fl-aħħar 24 siegħa mietet ukoll anzjana ta' 83 sena biex issa l-għadd tal-vittmi tela' għal 311.
Intant il-każi l-ġodda għadhom għolja. Illum tħabbru wkoll 192 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li 185 pazjent ġew ikkonfermati mfejqa. Ilbieraħ saru 3,743 test.
B'kollox, sa issa, 22,501 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin.
Bħalissa f'Malta hawn 2,508 persuni morda bil-Covid-19.