Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 213-il każ ta' Covid-19, filwaqt li 316-il persuna issa huma mfejqa.
Apparti minn hekk, mietu tliet persuni oħra, żewġt anzjani nisa ta' 82 u 69 sena u anzjan ta' 84 sena. Kollha kienu rikoverati f'Mater Dei.
Minn meta beda t-tilqim, ġew amministrati 122,366 doża, filwaqt li 39,695 persuna ħadu ż-żewġ dożi.
Ilbieraħ saru 3,870 test.
Bħalissa f'Malta hawn 3,018-il każ attiv ta' Covid-19.
Minn meta feġġet il-pandemija f'Malta kien hawn 26,748 każ. B'kollox fiequ 23,376 persuna u mietu 354.