323 persuna jfiqu mill-Covid-19 filwaqt li jinstabu 191 każ ġdid

44,483 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin

Fl-aħħar 24 siegħa, instabu 191 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 323 persuna biex issa l-każi attivi komplew jonqsu għal 2,603.

Apparti minn hekk, mietet anzjana oħra ta' 99 sena. Hija kienet rikoverata fil-Good Samaritan Long Term Care Facility. B'kollox, bil-Covid-19 mietu 373 persuna.

Intant kompla wkoll it-tilqim, anke jekk jidher li l-proċess donnu ma għadux qed jimxi bil-pass mgħaġġel ta' ftit jiem ilu.

Fil-fatt, sal-bieraħ ġew amministrati 145,934 doża. Sal-ġurnata ta' qabel kienu ġew amministrati 143,169 doża.

Dan ifisser li f'ġurnata ġew amministrati 2,765. Sa ftit tal-ġimgħat ilu, kienu qed jiġu amministrati madwar 5,000 doża kuljum.

Sa issa, 43,919-il persuna ħadu ż-żewġ dożi. 

More in Politika