Il-Prim Ministru Robert Abela kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija fid-dawl ta’ rapporti fil-midja dwar kumpanija bl-isem ta’ Macbridge u allegazzjonijiet marbuta magħha. Fiha huwa talaba lill-Kummissarju, biex jekk l-allegazzjonijiet fl-istorja tal-bieraħ għadhom mhux qed jiġu investigati, din l-investigazzjoni tibda "minnufih."
Il-Prim Ministru tenna l-fiduċja tiegħu fl-istituzzjonijiet investigattivi kollha li "għandhom jibqgħu jaħdmu f’indipendenza u mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd."
Ilbieraħ The Times ppublikat storja li turi kif Chen Cheng, negozjatur ewlieni fil-proġett tal-Power Station huwa sid il-kumpanija Macbridge, li bħal 17 Black, kienet target client tal-kumpaniji fil-Panama tal-eks Chief of Staff f'Kastilja Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi, li s-sena l-oħra kien spiċċa mkeċċi mill-Partit Laburista. Dan ifisser li bħal 17 Back - Macbridge kellha tgħaddi flus lill-kumpaniji ta' Schembri u Mizzi.
Ara hawnhekk l-istorja kollha
Ara hawnhekk kif kienet infetħet kumpanija oħra bl-isem ta' Dow's Media
Ara hawnhekk kif Cheng Chen kien kruċjali biex l-Enemalta xtrat l-ishma tal-Windfarm tal-Montenegro.