Kannabis: Il-Gvern jipproponi li l-użu personali jitla' għal seba' grammi

... jipproponi wkoll f'White Paper li ġiet ippubblikata illum li kull dar tista' tkabbar sa erba' pjanti tal-kannabis

Il-Prim Ministru llum ħabbar proċess ta' konsultazzjoni dwar White Paper li permezz tagħha l-Gvern qed jipproponi bidliet fil-Liġi li tirregola l-użu tal-kannabis.

Bil-bidliet li qed ikunu proposti, issa l-pussess ta' kannabis li se jkun dikriminalizzat se jitla' għal seba' grammi.  Persuni li jinqabdu b'aktar minn 7 grammi, imma inqas minn 28 gramma għall-użu personali ikunu soġġetti għal proċeduri quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja. 

Kull dar tista' tkabbar sa erba' pjanti, fi spazju li mhux viżibbli għall-pubbliku u li ma jwassalax għal irwejjaħ.  Minkejja li tista' tkabbar erba' pjanti, persuna ma tistax tbiegħ il-kannabis ikkultivata imma tista' biss tikkonsmaha fl-istess post. Il-Gvern qed jipproponi wkoll li reati li issa m'għadhomx meqjusin hekk, ma jibqgħux imniżżlin fuq il-kondotta tal-pulizija. 

Il-konsum tal-kannabis fil-pubbliku ser jibqa' kkunsidrat bħala wieħed kontra l-liġi u jekk xi ħadd jinqabad ipejjep fil-pubbliku għandu jingħata l-istess multa li tingħata lil xi ħadd li jinqabad ipejjep sigarett f'postijiet fejn mhux permess:  Jiġifieri multa ta' €233.33. 

 

More in Politika