Josette Schembri Vella u l-kumpanija tagħha 3City Designs Ltd, tressqu l-Qorti akkużati b’ħasil ta’ flus li jammonta għal €1.5 miljun.
Schembri Vella, li għandha 45 sena, hija mart l-eks Chief of Staff Keith Schembri li wkoll qed jiffaċċja akkużi ta’ ħasil ta’ flus, fost oħrajn.
Hija qed tkun akkużata b’ħasil ta’ flus li seħħ bejn l-2008 u l-2020 u li falliet milli tosserva d-doveri tagħha bħala direttur tal-kumpanija.
Video Player is loading.
Current Time 0:00
/
Duration -:-
Loaded: 0%
0:00
Stream Type LIVE
Remaining Time --:-
1x
Chapters
descriptions off, selected
captions and subtitles off, selected
This is a modal window.
The media could not be loaded, either because the server or network failed or because the format is not supported.
Beginning of dialog window. Escape will cancel and close the window.
End of dialog window.
Advertisement
Id-Difiża lmentat għall-fatt li l-Prosekuzzjoni ma kinitx f’pożizzjoni jew inkella ma riditx tgħid x’wassal eżatt għal dawn l-akkużi.
Insistiet li huwa inkwetanti kif diversi persuni qed jispiċċaw jitressqu akkużati b’ħasil ta’ flus, sempliċiment biex jitħaffu dawn il-kawżi għax Malta spiċċat fuq il-lista l-griża tal-FATF.
L-Avukat Edward Gatt qal ukoll li l-akkużi li tressqu llum ma kellhom xejn x'jaqsmu mal-evidenza li Schembri Vella kienet murija mill-Pulizija. Fi kliemu dan huwa "abbuż kbir ta' poter."
Schembri Vella wieġbet mhux ħatja tal-akkużi u ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €40,000.
Yendrick Cioffi studja l-ġurnaliżmu fl-Università ta' Malta fejn kiseb Baċċellerat bl...