L-inkjesta ministerjali dwar il-ħabs se tkun lesta fil-ħmistax li ġejjin
Il-Ministru Byron Camilleri jtenni li r-rapport se jkun disponibbli għall-midja
minn Yendrick Cioffi
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri qal li l-inkjesta ministerjali dwar it-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, fi żmien id-Direttur Alex Dalli, mistennija tkun lesta fil-ħmistax li ġejjin.
Camilleri qal li malli din l-inkjesta tkun lesta, ir-rapport se jkun disponibbli għall-midja filwaqt li se jitħabbru aktar riformi.
Alex Dalli ssospenda lilu nnifsu wara li priġunier ieħor għamel suwiċidju fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Dan kien it-tielet suwiċidju din is-sena u l-erbatax-il mewta li seħħet fil-ħabs fi żmien it-tmexxija ta’ Alex Dalli.
Ta’ min ifakkar ukoll li wara l-istejjer tal-gazzetta ILLUM, partikolarment dawk dwar theddid bl-armi, il-Pulizija sejħet għal xi nies u qed tinvestiga. Saħansitra, kif żvela l-ġurnalist Peppi Azzopardi, kien hemm erba’ priġunieri li għamlu l-qalb u talbu li jitkellmu mal-Pulizija.
Fl-4 ta’ Novembru, l-Ombudsman ukoll fetaħ investigazzjoni fuq it-tmexxija tal-ħabs.
Dan apparti li l-inkjesta ministerjali u diversi inkjesti maġisterjali oħra dwar imwiet li seħħew fil-ħabs.
Aqra wkoll:
- Quddiem Ministru ewlieni: Alex Dalli jiftaħar li daħħal arma f’ħalq priġunier u jsemmih b’ismu
- Eks Gwardjan jitkellem dwar Alex Dalli: ‘Daħħal l-arma f’ħalq priġunier ... jekk mhux se toqgħod ta’ nies, naħliha fuqek'
Kampanja: Inwaqqfu l-ħniżrijiet f'Kordin
Alex Dalli u Randolph Spiteri, l-Assistent tiegħu, qed jippruvaw jagħlqu ħalq il-gazzetta ILLUM b'libell. Dawn jiswew il-flus. L-edituri u l-ġurnalisti għandhom bżonn is-sostenn tagħkom. Din mhijiex biss ġlieda tal-gazzetta ILLUM imma hija ġlieda favur id-dinjità umana u kontra l-ħniżrijiet li għaddejin f'Kordin. Ibgħatu d-donazzjonijiet tagħkom lill-gazzetta ILLUM. Tistgħu tagħmlu dan permezz ta' trasferiment fil-kont b'dawn id-dettalji:
Benefiċjarju: MediaToday Company Ltd
Bank: Bank of Valletta p.l.c.
SWIFT Code: VALLMTMT
IBAN: MT71VALL22013000000040013525383
jew inkella permezz ta' ċekk, indirizzat lil MediaToday Ltd, fuq dan l-indirizz: Mediatoday Ltd. Vjal ir-Rihan San Gwann, SGN9016.
Wieħed jista' juża wkoll PayPal permezz ta' imejl lill-uffiċjal finanzjarju tagħna fuq: [email protected]
Il-gazzetta ILLUM għaddejja wkoll b’kampanja illi permezz tagħha qed titlob lin-nies; lil dawk li kienu l-ħabs, lil dawk li għandhom xi ħadd jiġi minnhom li jinsab jew li jaħdem fil-Ħabs jew inkella lil dawk li jaħdmu mal-priġunieri jew inkella l-priġunieri infushom, biex jitkellmu dwar esperjenzi li għaddew minnhom jew li raw fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin.
Il-vuċi tagħkom magħna tista' tbiddel l-affarijiet, fejn dawn mhux qed isiru sew! Għalhekk nistednukom biex tibgħatu email fuq [email protected] jew [email protected] jew inkella iċċemplu fuq in-numru 21382741/3 jew 21382745/6.
L-identità tagħkom tibqa' waħda kunfidenzjali jekk intom titolbu għal dan.