1,136 każ ta' Covid-19 f'Malta iżda żewġ pazjenti biss fl-ITU

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 95 każ ġdid filwaqt li kkonfermaw 39 persuna mfejqa

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 95 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li kkonfermaw 39 persuna mfejqa.

Dan ifisser li f'Malta hawn 1,136 persuna marida bil-Covid-19.

Minkejja li l-każi komplew jiżdiedu, fl-isptar hemm 15-il pazjent u żewġ pazjenti biss li għandhom bżonn kura intensiva.

Sadanittant, Malta tibqa' fuq quddiem anke fejn jidħlu l-boosters. Sa issa, 117,263 ħadu d-doża addizzjonali tal-vaċċin.

Aqra wkoll:

'Ġirja konta l-ħin' hekk kif aktar pajjiżi jsibu każi tal-varjant Omicron

More in Politika