Id-Deputat Prim Ministru Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li min-nhar it-Tlieta se jibdew jitlaqqmu wkoll it-tfal li għandhom bejn ħames snin u 11-il sena.
Fil-fatt, l-ewwel dożi għalihom mistennija jaslu nhar it-Tnejn li ġej, hekk kif għat-tfal, id-doża tal-vaċċin hija inqas minn dik tal-adulti.
Il-ġenituri se jirċievu invit permezz ta' telefonata jew SMS, bil-prijorità se tingħata lil tfal vulnerabbli u dawk li jbatu minn mard kroniku.
It-tfal se jkunu qed jingħataw il-vaċċin ta' Pfizer li temmew l-istudji u kisbu l-approvazzjoni, inkluż tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.
Aqra wkoll: